Top

€11-IL MILJUN F’FAĊILITAJIET SPORTIVI ĠODDA

€11-IL MILJUN F’FAĊILITAJIET SPORTIVI ĠODDA

Bħala parti mill-preparazzjonijiet biex Malta tospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li se jsiru f’pajjiżna fis-sena 2023, sejrin inkomplu mhux biss nimmodernizzaw iżda nżidu numru ta’ faċilitajiet sportivi ġodda biex nindirizzaw l-bżonnijiet ta’ dixxiplini sportivi differenti b’investiment, li fuq medda ta’ tliet snin, li se jlaħħaq €11-il miljun.