Top

ESTIŻA L-ISKEMA TAL-FIRST-TIME BUYERS SA €200,000

ESTIŻA L-ISKEMA TAL-FIRST-TIME BUYERS SA €200,000

Il-First Time Buyers, mill-20 ta’ Ottubru 2020, se jkunu eżenti mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €200,000 minflok fuq l-ewwel €175,000. Ir-rata mnaqqsa ta’ 3.5 fil-mija fejn jidħol xiri ta’ dar fejn wieħed joqgħod, anki jekk mhux first time buyer, u għal dawk li diġà jgħixu ġo dar li titħalla lilhom b’wirt, se tkun applikabbli wkoll fuq l-ewwel €200,000. Barra minn hekk, dawk il-miżuri fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika fejn ir-rata tal-boll fuq xiri ta’ propjetà naqset minn 5% għal 1.5% fuq l-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà u t-tnaqqis tar-rata ta’ taxxa minn 8% għal 5% fuq dawk li qegħdin ibiegħu propjetà, se jibqgħu fis-seħħ. Dan jgħodd għal dawk il-konvenji rreġistrati sal-31 ta’ Marzu 2021 u li mbagħad it-tali konvenju jissarraf f’kuntratt li jsir mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021.