Top

INĊENTIVI GĦALL-ĦOLQIEN TA’ IMPJIEGI F’GĦAWDEX

INĊENTIVI GĦALL-ĦOLQIEN TA’ IMPJIEGI F’GĦAWDEX

Id-diversi skemi li ġew implimentati f’dawn l-aħħar snin u li kienu ta’ xprun biex jinħoloq aktar xogħol ġewwa Għawdex, sejrin jitkomplew. Għalhekk se jiġu estiżi l-Employment Refund Scheme; Teleworking Scheme; l-iskemi fil-qasam tal-MICE. Fejn jidħlu l-Back Office Employment Refund Scheme u skemi ta’ sapport promozzjonali lill-intrapriżi Għawdxin li joperaw b’mod speċjali fis-settur tal-innovazzjoni diġitali, tat-teknoloġija tal-internet u fis-settur turistiku, se jkunu qed jitjiebu ħalli jinkisbu aktar riżultati pożittivi.