Top

PENSJONANTI TAS-SERVIZZ

PENSJONANTI TAS-SERVIZZ

Għal darb’oħra ser jiżdied b’€200 l-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li mhux se jiġi kkunsidrat għall-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, biex b’hekk is-somma eżentata fl-2021 ser titla’ għal €2,866. Għal dawk il-pensjonanti tas-servizz li matul is-sena jagħlqu 72 sena se jibdew igawdu wkoll minn titjib fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom. Dan billi meta tiġi kkomputata l-pensjoni tagħhom, 25 fil-mija biss tal-ammont tal-pensjoni tas-servizz tkun qed tiġi kkunsidrata għal komputazzjoni.