Top

ŻIEDA SA €108 FL-GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI GĦAL 29,000 RUĦ

ŻIEDA SA €108 FL-GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI GĦAL 29,000 RUĦ

Is-sena d-dieħla, ir-rati tal-għajnuna supplimentari ser jiżdiedu bejn €70 u €108. Barra minn hekk, is-suppliment addizzjonali ta’ €150 li beda jingħata din is-sena lil persuni ta’ 65 sena jew akbar li jkunu f’riskju ta’ faqar, ser jibda jitħallas bla distinzjoni lil kull persuna ta’ 65 sena jew akbar li tikkwalifika għall-Għajnuna Supplimentari.