Top

ŻIEDA TA’ €5 FIL-ĠIMGĦA GĦALL-PENSJONANTI KOLLHA

ŻIEDA TA’ €5 FIL-ĠIMGĦA GĦALL-PENSJONANTI KOLLHA

Il-pensjonanti, barra miż-żieda tal-COLA, se tingħatalhom żieda ta’ €3.25 fil-ġimgħa li magħduda maż-żieda għall-għoli tal-ħajja titla’ għal €5 fil-ġimgħa. Din tfisser żieda ta’ €260 fis-sena lill-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali, kemm dawk pensjonanti tal-irtirar, tar-romol, tal-invalidità kif ukoll dawk li jirċievu l-pensjoni mhux kontributorja tal-età. B’hekk jibbenefikaw 93,000 pensjonant.